Il-Fenek tal-bassasa, li hu magħruf xjentifikament bħala Sylvilagus palustris huwa mammiferu plaċentat tad-Dinja l-Ġdida u membru tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu). Dan id-denb qotni huwa nattiv tal-Amerika ta' fuq.
Sylvilagus palustris huwa fenek ta' daqs medju, għandu par widnejn qosra li ġejjin għat-tond u saqajn żgħar mgħammra b' diffrejn twal. Dan il-fenek għandu pil fin li ġeneralment ikun ta' lewn kannella skur li f' uħud ikanġi fil-ħamrani u bil-pil ta' taħt iż-żaqq skur ukoll. Il-karratteristika ewlenija li tiddistingwixxi din l-speċi mill-oħrajn kollha, huwa d-denb ta' kulur skur ankè man-naħa ta' taħt. Fil-fenek tal-bassasa ma' hemmx dimorfiżmu sesswali kbir.
Dan il-fenek semi-akkwatiku, huwa għawwiem ta' kapaċità kbira li kemm-il darba jaqsam nixxiegħat, xmajjar u għadajjar bl-għawm biex jaħrab mill-għedewwa naturali tiegħu.
Il-Fenek tal-bassasa għandu dieta bbażata fuq varjeta ta' ħxejjex u xtieli (Rubus ursinus, Sagittatia fasciculata, Centella respanda, Eichhornia crassipes) li huma nattivi tal-ambjent tal-artijiet mistgħadra li jgħix fihom hu. Id-dieta ta' dan il-fenek dvarja ħafna minn staġun għal ieħor u fix-xitwa meta l-ħxejjex ikunu aktar skarsi, tiġi kkumplimentata bil-qxur taz-zkuk tas-siġar.
Il-Fenek tal-bassasa huwa speċi ta' denb qotni b' distribuzzjoni fl-Amerika ta' fuq, b' firxa mal-artijiet mistgħadra tal-istati fil-Lbiċ tal-iStati Uniti.
Dan il-fenek huwa 1 minn 6 speċijiet ta' dnieb qotnin, li qegħdin ikklassifikati fis-sottoġeneru Tapeti. Din l-ispeċi għandha minn ta' linqas 3 sottospeċijiet rikonoxxuti.
Il-Fenek tal-bassasa, li hu magħruf xjentifikament bħala Sylvilagus palustris huwa mammiferu plaċentat tad-Dinja l-Ġdida u membru tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu). Dan id-denb qotni huwa nattiv tal-Amerika ta' fuq.