dcsimg

Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Manzano ( Maltese )

provided by wikipedia emerging languages

Il-Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Manzano jew Denb qotni tal-muntanji ta' Manzano, li hu magħruf xjentifikament bħala Sylvilagus cognatus huwa mammiferu plaċentat tad-Dinja l-Ġdida u membru tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu). Dan id-denb qotni huwa nativ tal-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq, endemiku tal-iStati Uniti.

Dan id-denb qotni għal żmien twil kien ikkunsidrat bħala sottospeċi tal-Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant Sylvilagus floridanus l-aktar speċi komuni ta' denb qotni.

Distribuzzjoni

Il-Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Manzano huwa speċi ta' denb qotni li hija ġeneralment ristretta għal muntanji ta' Manzano, katina ta' muntanji ta' madwar 65 kilometri (40 mil), orjentati mit-Tramuntana għan-Nofs in-nhar li tagħmel parti minn unita ġejoloġika akbar, imsejjħa il-muntanji ta' Sandia-Manzano, fl-istat ta' Messiku l-Ġdid ("New Mexico"), fl-iStati Uniti.

Klassifikazzjoni

Dan il-fenek huwa 1 minn 9 speċi ta' dnub qotna, li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Sylvilagus u m' hemmx sottospeċi rikonoxxuti.

Sinonimi

"Sylvilagus floridanus cognatus" huwa sinonimu jew l-istess bħal u jirreferi għal Sylvilagus cognatus ta' Nelson, 1907.

Referenzi

license
cc-by-sa-3.0
copyright
Awturi u edituri tal-Wikipedia

Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Manzano: Brief Summary ( Maltese )