dcsimg

Opossum ta' denbu qasir tat-tlett strixxi ta' Ihering ( Maltese )

provided by wikipedia emerging languages

L-Opossum ta' denbu qasir tat-tlett strixxi ta' Ihering, magħruf xjentifikament bħala Monodelphis iheringi, huwa mammiferu marsupjal, tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi ta' denbhom qosra linqas fost l-opossumi li huma addattati għal ħajja fis-siġar, nativ tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel.

Dan l-opossum ta' denbu qasir ġeneralment jippreferi jgħix f' abitat kemm ta' foresti subtropikali u tropikali umdi, kif ukoll f' artijiet bil-ħaxix subtropikali u f' artijiet tropikali baxxi xotti.

Dieta

L-Opossum ta' denbu qasir tat-tlett strixxi ta' Ihering huwa marsupjal omnivoru u d-dieta prinċipali tikkonsisti minn frott, insetti u annimali vertebrati żgħar oħra.

Distribuzjoni

Monodelphis iheringi għandu distribuzjoni fil-kontinent ta' l-Amerika t'isfel u huwa speċi endemika tal-Brażil, għalkemm hemm possibilita li jinsab jgħix fl-Arġentina ukoll.

Klassifikazjoni

Referenzi

license
cc-by-sa-3.0
copyright
Awturi u edituri tal-Wikipedia

Opossum ta' denbu qasir tat-tlett strixxi ta' Ihering: Brief Summary ( Maltese )

provided by wikipedia emerging languages
 src= Firxa ta' l-Opossum ta' denbu qasir tat-tlett strixxi ta' Ihering Monodelphis iheringi