dcsimg

Opossum bugeddum tat-Tramuntana ( Maltese )

provided by wikipedia emerging languages

L-Opossum bugeddum tat-Tramuntana (Caenolestes convelatus), huwa mammiferu marsupjal notturnu u solitarju, pjuttost rari, li jgħix fin-naħa ta' fuq tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.

Deskrizzjoni

Din l-ispeċi hija simili ħafna tal-ispeċi l-oħra li qegħdin miġburin fl-istess ġeneru {Caenolestes} speċjalment tal-opossum bugeddum ta' żaqqu griża (Caenolestes caniventer).

L-opossum bugeddum tat-Tramuntana jingħaraf minn dak ta' żaqqu griża mid-daqs akbar tad-dras u mid-daqs iżgħar jekk mhux in-nuqqas totali tat-tieqa antorbitali. Dan għandu l-pil qasir u folt ta' lewn ftit aktar skur minn tal-opassumi bugeddum ta' żaqqu griża, li għandu żaqqu griża u wiċċu twil ġej għall-ponta, mgħammar b'par għajnejn żgħar u b'par widnejn li ġejjin għat-tond.

It-tul totali huwa ta' 256 millimetru, ir-ras u l-ġisem huma ta' 132 millimetru u d-denb ta' 124 millimetru ieħor, waqt li l-piż totali huwa ta' madwar 45 gramma.

In-nisa ta' dan il-marsupjal bħal l-ispeċijiet kollha tal-ordni Paucituberculata m'għandhomx marsupju.

Dieta

L-Opossum bugeddum tat-Tramuntana huwa marsupjal karnivoru u jiekol varjetà ta' insetti u annimali vertebrati u invertebrati żgħar.

Distribuzzjoni

L-Opossum bugeddum tat-Tramuntana jinsab biss f' 2 pajjiżi, u kull wieħed għandu popolazzjoni għalih. Hemm popolazzjoni minnhom fit-Tramuntana tal-Ekwador u l-popolazzjoni l-oħra fit-Tramuntana tal-Kolombja. Dawn il-popolazzjonijiet huma ġeografikament mifrudin.

Klassifikazzjoni

Konservazzjoni

Din l-ispeċi, fil-lista l-ħamra tal-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN) qiegħda mniżżla bħala fi stat ta' riskju baxx ta' estinzjoni.

Referenzi

license
cc-by-sa-3.0
copyright
Awturi u edituri tal-Wikipedia

Opossum bugeddum tat-Tramuntana: Brief Summary ( Maltese )

provided by wikipedia emerging languages

L-Opossum bugeddum tat-Tramuntana (Caenolestes convelatus), huwa mammiferu marsupjal notturnu u solitarju, pjuttost rari, li jgħix fin-naħa ta' fuq tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.

license
cc-by-sa-3.0
copyright
Awturi u edituri tal-Wikipedia