L-Opossum bugeddum skur (Caenolestes fuliginosus), li jsibuh ukoll bħala Opposum bugeddum tal-ħarir, huwa marsupjal żgħir li jgħix fil-foresti alpini tal-Andi. Mis-seba' speċijiet tal-ordni Paucituberculata, li għadhom ħajjin illum, dan huwa l-aktar opossum bugeddum li hu magħruf u l-aktar wieħed li hemm tagħrif u informazzjoni dwaru.
Din l-ispeċi hija simili ħafna tal-ispeċi l-oħrajn li qegħdin miġburin fl-istess ġeneru (Caenolestes).
L-opossum bugeddum skur għandu l-pil fin u folt ta' lewn kannella skur li jkanġi fl-iswed fuq id-dahr, filwaqt li jiċċara ħafna fin-naħa taż-żaqq. Il-wiċċ tawwali li ġej għall-ponta mgħammar b' par għajnejn ċkejknin.
Din l-ispeċi ta' opossum bugeddum tippreżenta fiha dimorfiżmu sesswali qawwi fejn in-nisa huma ta' daqs notevolment iżgħar. It-tul tar-ras u l-ġisem huwa bejn 90 u 140 millimetru u d-denb kważi għarwien kapaċi jilħaq jew iqarreb dan it-tul ukoll. Il-piż totali ta' l-irġiel ijvarja bejn 25 u 41 gramma filwaqt il-piż tan-nisa jvarja bejn 16.5 u 22.5 grammi u ma għandhomx marsupju.
L-Opossum bugeddum skur huwa marsupjal b'dieta karnivora li tikkonsisti minn varjetà ta' insetti u annimali vertebrati u invertebrati żgħar.
Id-distribuzzjoni ta' dan il-marsupjal tal-Amerika t'Isfel hija l-akbar fost l-ispeċi ta' din l-ordni. L-opossum ġurdien skur qiegħed mifrux fil-boskijiet u fil-prateriji umdi, f'altitudni bejn 1,500 u 4,000 metru, fil-Peru, l-Ekwador, il-Kolombja u l-Veneżwela, fejn jiċċaqlaq minn post għall-ieħor billi jħaffer mini taħt l-art.
Opossum bugeddum skur jew Opposum bugeddum tal-ħarir hemm erba' sottospeċijiet.
Din l-ispeċi, fil-lista l-ħamra tal-Unjoni Internazjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN red list) qiegħda mniżżla bħala fi stat ta' riskju ta' estinzjoni baxx.